This site has been archived on 16/12/2015
16/12/2015
(click for more information)
Riċerka u Innovazzjoni
Inti tfajla? Ix-xjenza tgħodd għalik!
Accessibility tools

Service tools

Language

Navigation path

Main menu

Inti tfajla? Ix-xjenza tgħodd għalik!

Ix-xjenza teħtieġ l-ideat, l-ispirazzjoni u l-passjoni tiegħek Ix-xjenza għandha BŻONNOK! Discover why

Kont taf illi l-bniet imorru tajjeb fl-iskola daqs is-subien fix-xjenza u l-matematika, iżda ħafna aktar subien ikomplu jistudjaw ix-xjenza, it-teknoloġija u l-inġinerija? Għalhekk ftakar: inti għandek dak li huwa meħtieġ. Issa agħmel xi ħaġa dwar dan! L-iskoperta l-kbira li jmiss tista’ tkun tiegħek, mela ilqa’ l-isfida. Żur il-websajt tagħna: Ħu sehem fil-kwiżż tagħna biex tiskopri x-xogħol tal-ħolm tiegħek, ara xi wħud mill-bosta vidjows sorprendenti ta' nisa fix-xjenza u tgħallem dwar ir-raġunijiet għaliex ix-xjenza għandha bżonnok!

Għaliex se ssir TĦOBB ix-xjenza

Tista’ verament ittejjeb ħajjet in-nies

Li tagħti sehmek fix-xjenza jfisser li tagħti “kontribuzzjoni kbira”. Jekk tixtieq tipprevjeni t-tixrid tal-mard, ittejjeb il-kwalità tal-ħajja għan-nies, tipproteġi l-ambjent naturali fraġli, tgħin sabiex in-nies ikollhom x’jieklu u tiġġieled il-faqar, ix-xjenza tgħodd għalik.

Uża l-immaġinazzjoni u l-kreattività tiegħek

Xjenza eċċellenti hija li toħloq, tagħraf rabtiet, tistaqsi, tifhem kif u għaliex jaħdmu l-affarijiet. Jekk tixtieq issib tweġibiet għal “Għaliex? Kif? Meta? X’jiġri jekk...?” u tixtieq tivvinta xi ħaġa li ħadd qatt ma għaddietlu minn moħħu, mela ġejt fil-post it-tajjeb.

Ix-xjenza hija eċitanti

Tixtieq titgħallem biex tifhem kif jikkomunikaw bejniethom l-annimali? Tistudja l-pjaneti? Jinteressak taħdem fil-qasam tal-midja soċjali? Illum se jkun dak il-jum li fih issib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li ilek tistaqsi? Ix-xjenza hija pjaċevoli u eċitanti — tispira l-kurżità.

Taħdem bħala parti minn tim u tista’ tivvjaġġa madwar id-dinja

Jinteressak xogħol internazzjonali? Karriera ta’ riċerka tista’ tiftaħ il-bibien tiegħek għad-dinja: taħdem ma’ nies lokali u membri tat-tim ta’ riċerka tiegħek li jistgħu jkunu f’pajjiżi differenti minn madwar id-dinja. Ix-xjenza tfisser tiltaqa’ ma’ nies u titgħallem magħhom u minnhom.

Ħu pjaċir

Ix-xjenza tfisser li tistinka biex taħseb b’mod differenti u tistaqsi. Xjenza tajba tqajjem iktar mistoqsijiet milli twieġeb, sabiex oħrajn ikunu jistgħu jibnu fuq ix-xogħol tiegħek biex ikomplu jżidu l-għarfien. Sfida lilek innifsek u agħżel ix-xjenza u tqum kuljum ħerqana għall-iskoperti l-ġodda tal-ġurnata. Ix-xjenza hija passjoni.

Affarijiet xi tniżżel

Niżżel materjal dwar il-kampanja!

Niżżel poster

Niżżel materjal dwar il-kampanja!

Niżżel screensaver

Niżżel materjal dwar il-kampanja!

Niżżel diska

Niżżel materjal dwar il-kampanja!

Niżżel tabella Mendeleev

Kont taf?

It-televiżjoni ħa 13-il sena biex jilħaq 50 miljun utent mentri l-Internet ħa inqas minn 4 snin.