Ix-xjenza tinsab kullimkien madwarna. Minn fenomeni strambi għal xjenza meraviljuża fl-azzjoni, irridu naraw x’qiegħed jattira l-attenzjoni tiegħek. Biex tipparteċipa fil-konkors tar-ritratti, inti trid tkun parti minn tim ta’ tliet persuni li mill-inqas tnejn minnhom ikunu bniet. Ir-ritratt tiegħek m’għandu jinkludi l-ebda xbieha ta’ persuni li jistgħu jintgħarfu.
Ipparteċipa issa u t-tim tiegħek jista’ jirbaħ vjaġġ għal Praga (ir-Repubblika Ċeka) sabiex jattendi għall-Konkors tal-Unjoni Ewropea għax-Xjenzati Żgħażagħ jew vjaġġ għal Ispra (L-Italja) sabiex iżur iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka!
Dan huwa konkors ta’ kull xahar u għalhekk inti trid tissottometti r-ritratt tiegħek bejn il-bidu tal-1 u t-tmiem tal-15-il jum ta’ kull xahar.
PREMJIJIET
Il-premju ta’ kull xahar
Fuq il-bażi ta’ sistema ta’ votazzjoni online, kull membru tat-timijiet rebbieħa ta’ kull xahar bejn Diċembru 2012 u Mejju 2013 sejjer jingħata pakkett eċċitanti ta’ materjal relatat mal-kampanja.
tal-Ewwel Premju
It-tim bl-akbar ammont ta’ voti se jirbaħ vjaġġ għal Praga f’Settembru 2013 sabiex jattendi għall-Konkors tal-Unjoni Ewropea għax-Xjenzati Żgħażagħ. Din se tfisser opportunità unika sabiex jiskopru proġetti affaxxinanti tax-xjenza u jiltaqgħu ma’ ’l fuq minn 100 xjenzat żagħżugħ u żagħzugħa minn madwar l-Ewropa kollha!
tat-Tieni Premju
It-tieni tim rebbieħ se jirbaħ vjaġġ għal Ispra sabiex iżur il-laboratorji u l-faċilitajiet eċċitanti tar-riċerka fis-servizz intern tax-xjenza fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka. Huma se jkollhom l-opportunità li jaraw attivitajiet reali tax-xjenza u li jiltaqgħu ma’ xjenzati żgħażagħ u oħrajn ta’ esperjenza.
tat-Tielet Premju
It-tim rebbieħ tat-tielet premju se jingħata Arloġġ Ice-Watch għal kull membru.
Aqra aktar: Termini u Kundizzjonijiet
Ipparteċipa u tinsiex tivvota għas-sottomissjoni preferita tiegħek!
Il-votazzjoni tiftaħ fis-16-il jum ta’ kull xahar u tagħlaq fl-aħħar jum tax-xahar.



